Il-mealworms huma fost l-insetti l-aktar popolari li jigu studjati gewwa klassijiet ta l-iskejjel. Huma insetti li facli wiehed jakkwisthom u barra minn hekk huma jaghmlu tibdiela kompleta biex minn dudu jsieru hanfus u cioe dak li jissejjah “ metamorphosis” . Dawn l-insetti jitbiedlu f’erba stadi minn bajda, larva, pupa u nsett matur.
Il-mealworms huma id-dudu meta huwa fl-istadju ta larva ta dak l-insett li jissejjah “ Darkling” jew “ flour beetle”. Dawn anke jistghu jinxraw minn “petshops” bi prezz ragjonevoli hafna. Dawn il-larva jixraw l-aktar bhala ikel ghal ghasafar, hut, fkieren, zringijiet kbar u anke tipi ta rettili.
Huwa facli hafna kif wiehed jista josserva kif din il-hanfusa tbied u b’hekk tosserva it-tibdiliet li tghaddi minnu maghtul hajjitha. Dan li gej huwa metodu hafif u semplici hafna :
- L-ewwel net, wiehed ghandu jixtri jew jiddobba ammont ta mealworms jew inkella hanfus.
- Sib kontenitur tal-hgieg jew tal-plastic imdaqqas li jkun kemmxejn gholi u wiesa. Tuzawx xi haga ta l-injam peress li l-hanfusa titla facilment ma l-gnub ta l-injam. Imla il-kontenitur b”madwar 5cm ta “bran” jew inkella “corn meal” jew nuhhala li ssib tixtriha minghand tal-“petshops”.
- Zid bicca tuffieha, patata, u/jew hassa biex barra li servi ta ikel, tkun qed izzomm il-post niedi u umduz. Dan l-ikel irid jitnehha hekk kif jinxef u ikel gdid jitpogga minfoku.
- Itfghu il-mealworms gewwa l-kontenitur.
Li jibda jigri huwa li l-mealworms hekk kif ihossu n-nuhhala jibdew jinhbew gewwa fiha billi jhaffru il-wicc taghha. Aktar ma jghaddi z-zmien huma aktar jieklu u jikbru. Huma jghaddu minn stadji differenti f’hajjithom li jinzghu il-qoxra (exoskeleton) l-antika li jkollhom u jilbsu ohra gdida. Kull dudu jghaddi minn dan il-process ta bdiel tal-qoxra bejn 9 u 20 darba. Dan pero jaf ivarja u jiddependi hafna mill-post li jkunu qed jinzammu fih id-dud, u per ezempju, it-temperatura u umdita. Id-dudu ta din il-hanfusa jdum f’dan l-istat ghal madwar 10 gimghat.
Id-duda jibda jaqleb biex isir pupa aktar malajr jekk jinzamm f”temperatura gholja. Jekk dawn jinzammu f’temperaturi keshin jafu l-anqas biss jeqilbu ghal l-istat ta pupa imma jghaddu x-xitwa bhala dud. Il-pupa ta din il-hanfusa hija bajdanijja fil-kulur u kemxejn iebsa. F”dan l-istat il-pupa la tiekol u l-anqas ticcaqalaq hlief ghal xi movumenti zghar. Gewwa fiha, il-pupa tkun qed tizviluppa l-hanfusa biex b’hekk terga tibda hajja gdida.
Fi zmien 2 jew 3 gimghat, il-gilda tal-pupa tibda tinqasam biex b’hekk il-hanfusa tibda tifforma. Ghal l-ewwel ftit zmien, il-hanfusa tkun kannella cara fil-kulur u mhux sewda. Hija tkun ukoll ratba ghal l-ewwel ftit zmien. Biss pero il-hanfusa tiswied u tibbies meta tizviluppa sew minn gewwa l-pupa. Din il-hanfusa ma ttierx.
L-ahjar li wiehed izzomm il-hanfus gewwa kontenitur ghalih u il-“mealworms” gewwa iehor separate. B’hekk wiehed jista jizgura li se jkollu dejjem abbundanzza ta dud x’jitma lil l-animali tieghu.