Laqghat l-Ghaqda tat-Trobbija tal-hut issirru kull xahar f'Santa Venera fid-dar centrali u l-post ta fejn ahna l-membri niltaqaw. Fil-laqgha jigu diiskussi diversi temi differenti li jikkoncernaw id-delizzju tagħna. Xi kultant tkun diskussjoni generali jew xi esperjenza peronsali, drabi ohra tkun fuq xi uzu partikolari ta xi makkinarju, kimici jew xoghol sabiex inzommu il-hut taghna dejjem b'sahhithom. Kull xahar huwa differnti u l-kumitat jiddecidi liema tema tigi trattata l-ahjar fliema xahar. F'kull laqgha ikun hemm bejgh ta' hut minn membri stess kif ukoll Table Show li fiha memberi jista jezebixxu il hut taghhom u jikkompetu ghal l-ahjar huta. Kull laqgha ikun hemm il kantina miftuħa kif ukoll il-hanut uffiċjali tal-klabb li huwa mimli b'ikel tal-hut kif ukoll b'aċċessorji, affarijet ta' filtrazzjoni etċ. u dawn ikunu bi prezzijiet speċjali ghal membri biss. Bhalissa issiru 3 laqgħat kull xahar. Ikun hemm laqgha ghal membri żghar Maltin, laqgha ghal membri kbar Maltin u laqgha ohra għal membri Ghawdxin. Kulhadd jista jattendi għal dawn il-laqghat iżda dawn ikunu speċifiċi skond lil min qedha issehh il-laqgha. Normalment il-laqgha taż-żgħar issir nhar ta' Sibt mentri l-laqgha tal-kbar u l-Ghawdxin issir nhar ta Hadd.
Hawn taht hawn xi ritratti min ftit mil-laqghat li jsehhu ta' kull xahar. |