MERHBA IL-KLUB LAQGHAT WIRJIET ATTIVITAJIET MEMBRI INAQGHAD!
KUMITAT KOMPETIZZJONI GHANDEK DOMANDA ?? SPONSORS LINKS RIKLAMAR
KUMMENTI KLASSIFIKATI ARTIKLI U KAMPJUNI IKKUNTATJANA PRODOTTI

Introduzzjoni:
Is-Socjeta giet imwaqqfa fl’1970 minn grupp ta’ dilettanti tal-akkwarju bil-ghan li jikber aktar dan il-passatemp f’ Malta. L’ewwel laqghat kienu jsiru fid- djar privati ta’ dawn id-dilettanti, sakemm ftit ftit dan il-passatemp beda jirranka b’membri godda. Wara hafna diffikultajiet u ostakli, nistghu niftahru illi din l’ghaqda saret is-Socjeta Nazzjonali tal- Akkwaristi. Is-Socjeta kabbret isimha meta assocjat ruhha ma klabbs Barranin, bhall- ‘Association of Aquarists’ u l- ‘Federation of British Aquatic Societies’. Wara xi zmien, is –‘Socjeta Maltija tat-Trobbija Tal-Hut’, akkwistat post fejn bdew isiru il-laqghat ufficjali, elezzjonijiet ghall-kumitat, diskussjonijiet u tpartit / bejgh ta’ hut imnissel lokalment.

Illum:
Illum, l-ghaqda ghandha ftit inqas minn 250 membru li jinqasmu f zewg gruppi: Sezzjoni Zghazagh u Sezzjoni Adulti. Il- membri jiltaqghu fil-Klabb li jinsab Santa Venera. Kull l’ahhar Hadd tax-xahar issir laqgha generali ghall-membri kollha, fejn ikunu jistghu jiltaqghu, jiddiskutu u jaqsmu l’esperjenzi taghhom ma’ haddiehor. Dan l-ahhar il-klabb beda jimporta wkoll prodotti tal-ikel ghall- hut.

Il-Buzaqq Aphanius Fasciatus (Emblema tal-Ghaqda tat-Trobbija tal-Hut u l-huta Nazzjonali ta' Malta) :
L-Aphanius fasciatus maghrufa ukoll bhalha il-Buzaqq, hija il-huta nazzjonali ta’Malta. Sa ftit ilu, din il-huta kienet abbundanti fil-gzejjer Maltin, izda issa qieghda fil periklu li tinqered ghall-dejjem. Lokalment, l’Aphanius hija speci protetta mill ligi,u la tista tinqabad, la tinxtara u lanqas titrabba. Kemm ir-ragel, kif ukoll il-mara jikbru sa 6 cm fid-daqs.In-nisa ghandhom disinn ta tikek u linji suwed tul il-genb taghhom. Fuq hut zghir, ikun difficli li jintaghrfu, ghaliex ir ragel ikollu wkoll il marki suwed sakemm jimmatura, izda fil maturuta il ‘fins’ jsiru sofor, u zaqqu tinbidel ghall-ikhal fil-griz. B’hekk nistgu nghidu, li wara l maturita,il-huta facli tingharaf minn ragel ghal mara. Dawn il-hut jitghammru fix xhur shan tas-sajf bejn Gunju u Awwissu, l-aktar tard ghal bidu ta’Settembru jekk it-temperatura tkun ghadha shuna. A.fasciatus mhix xi huta facli biex tbid, perezz li trid il-ftuh, u fis-selvagg ikollha hafna ghedewwa li jieklu il bajd u l-friegh. Il-buzaqq tikber bil-mod hafna, specjalment fix-xitwa, fejn kwazi tieqaf milli tkompli tikber. Terga tibda tavvanza fl-izvillup minn Frar ‘il quddiem, fejn imbaghad tikber sal- maturita f’daqqa. B’hekk il-huta tkun lesta biex tirriproduci fix-xhur tas-sajf li jkunu qorbu.
Sa ftit zmien ilu l’Aphanius fasciatus kienu jghixu f’erbgha lokalitajiet principali: Marsaxlokk, Wied il-Ghajn, il-Marsa u s-Salini. Tal-ahhar kienu l-akbar Salini li hawn fil pajjiz.Izda f’kull lokalita sabu xi intoppi li qerdulhom l-ambjent naturali taghhom. Ezempju f’Marsaxlokk, il-post li kien jghix fih l’Aphanius, gie zviluppat fil hamsinijiet, biex isir post ghall bcejjec tal-bahar. Minn Marsaxlokk, il-buzaqq inqered darba ghal-dejjem.
Hafna nies jiftakru il-kanal tal-Marsa. L-isbah u l-akbar ezempju ta’buzaqq f’Malta kienu minn din il-lokalita. Mill-Marsa il-Buzaqq gie meqrud ukoll. Hawnhekk il-kanal kellu hafna xquq fejn il hut kien jistkenn. Apparti minn hekk kien jikber hafna alga fl inhawi, li kien sors tajjeb ta’ikel ghall-hut. Maz-zmien, dal-post sar zona industrijali. Inbniet biccerija fil-vicin, li kienet tippompja volumi kbar ta’ ilma mielah fil-kanal. Il-konkrit li intefgha fil-kanal,kompla sadd ix xquq ta‘stkennija u qered l’alga. Fis-Salini, l’istess destin mess lill din il’huta. It-tniggis fl’ambjent tal-madwar, u l-‘fishfarms’ li twaqqfu ezatt f’post dil-huta, wassal biex l-Aphanius tinqered darba ghal dejjem minn hawn ukoll.
L-uniku post li fadal ghall buzaqq Malti huwa ‘Tal-Maghluq’ f’Wied il-Ghajn. Fadal xi ftit hut, izda huwa difficli li dawn jintlahqu. L ambjent hemhekk hu ukoll imnigges, u fi ftit zmien iehor, il-buzaqq ser jinqered minn hemm ukoll. Ftit hut biss ghad fadal li hu haj u b’sahhtu.

F’nofs it-tmenninijiet, l ghaqda Birdlife u s-Socjeta Naturali Ta’Malta introducew progetti biex l’Aphanius fasciatus jitpoggew fir-riservi naturali. Il-progett jidher li irnexxa, u l’hut addatta ruhu u tkattar f’dawn ir-riservi. L-uniku problema li fadal hija illi jekk jigri xi haga f’dawn ir-riservi, dil huta tigi estinta. Ghalkemm il-buzaqq jaddatta ruhu kemm f’ilma mielah, kif ukoll f’ilma helu, ir-riservi huma maghluqa, u b’hekk il huta ma tistax temigra ghal-ilmijiet u nahat godda.
Hafna kotba jiddeskrivu li r-razza tal-A. fasciatus kwazi spiccat ghax dawn inqabdu bla skrupli minn xi dilettanti biex irabbuhom. L-Ghaqda tat-Trobbija tal-hut [M.A.S.]tichad dan kollu, peress li l’A.fasciatus jistressjaw ruhom meta jinqabdu, u jispiccaw imutu. Barra minn hekk din hija huta stagjonali, u fix-xitwa trid tinzamm f temperatura kiesha hafna biex tghix.

Il-Membri:
L’Ghaqda tat-Trobbija tal-Hut hija mqassma f’ zewg gruppi. Iz-Zghazagh u l-Adulti. Is-Sezzjoni zghazagh tinkorpora membri ta’taht is-sitax il-sena u dawn jiltaqghu kull ‘l ahhar Sibt tax- xahar filwaqt illi Is-Sezzjoni Adulti jiltaqghu kull ‘l ahhar Hadd tax- xahar. Hemm Sezzjoni ohra li ha nitkellmu dwarha aktar ‘il quddiem.

Il-Laqghat:
Waqt il’laqgha, wiehed jista jsib xi hut li gew imnissla mid-dilettanti ghall-bejgh. Ikun hemm ukoll it- ‘Table Show’ fejn il-membri jkunu mhegga jippartecipaw bil-hut taghhom.Kull xahar ikun hemm ukoll it-Tahdita li tkun ippreparata minn xi membru li jkun jispeccjalizza fuq xi suggett partikolari. Xi kultant jintwera ukoll xi DVD li ghandu x’jaqsam mad-delizzju biex il-laqgha tkun aktar interessanti. Hemm ukoll kompjuter fejn il membri jkunu jistghu jaraw xi ‘video clips’ , ‘powerpoint shows’ u xi ritratti. Kull membru jista jdahhal l-informazzjoni tieghu f’dan il kompjuter biex ikun jista jaqsamha ma’haddiehor u ghall min hu interessat hemm ukoll kopja ‘offline’ tal- websajt ‘Maltaaquarist.com.mt’ ghal xi spjegazzjonijiet jew diffikultajiet li jista jkollhom il membri waqt li jkunu qed jaraw din il websajt ‘online’.

Ghawdex u l-membri Ghawdxin:
Madwar tlett snin ilu, is-Socjeta firxet l gheruq taghha f’Ghawdex ukoll. Id-dilettanti tal-hut Ghawdxin kien ilhom juru ix-xewqa li jibdew isiru il-laqghat ta kull xahar fil-gzira taghhom, fejn il-Maltin ikunu jistghu jaqsmu l-esperjenzi taghhom maghhom. L- attendenza ghal-dawn il-laqghat kienet wahda inkoragganti, u fi zmien qasir inghaqdu maghhom hafna dilettanti tal-hut godda. Dawn il-laqghat isiru kull Tieni Hadd tax-xahar fil-kwartieri tal- N.G.O. ix-Xewkija, fejn bhall f’Malta issir it-tahdita u jinghataw il-premjijiet lill min ikun rebah fit-‘Table Show’

Beneficcji:
L-ghaqda tipprovdi lill-membri taghha diversi beneficcji, fosthom Librerija b’firxa wiesgha ta kotba, rivisti lokali u Barranin, u artikli dwar id-delizzju.Kull xahar kull membru jircievi id-dar ir rivista ‘Ilma Car’. F dan il-ktejjeb wiehed jara l’ahhar zviluppi, artikli, u l’informazjoni li jkollu bzonn dwar il-klabb.Noffru wkoll ghall- bejgh ghazla kbira ta’ ikel u accessorji li ghandhom x’jaqsmu mad-delizzju. Il-klabb jiftah erba’ darbiet fil-gimgha, fejn wiehed jista jiehu pariri professjonali minn membri ohra tal-klabb.

Il-Wirjiet:
Bhall ma issemma qabel, it-‘Table Show’ tinkoraggixxi lill-membri biex jattendu u jesebixxu il-hut taghhom, li jkunu kabbru u kkundizjonhaw b’dedikazzjoni kbira. Grupp ta’ gudikanti, jaghzlu b attenzjoni kbira l’aqwa tlett hutiet tax-xahar u l membri rebbieha jinghataw tifkira bhala premju.
Certament, l’aktar wahda mistennija tkun il- Wirja Annwali tal- Hut tal-ilma helu. Kull dilettant tal hut jibda jipprepara u jikkundizjona il-hut tieghu ghal-din il wirja minn hafna zmien qabel. Grazzi ghax -xoghol iebes ta certu membri, din il-wirja Annwali dejjem kienet wahda ta’ success u ta’ sodissfazjon ghal- kull min ippartecipa ghal din il kompetizzjoni. Il-membri rebbieha jinaghtaw trofew u certifikat waqt ikla organizzata ghall-okkazjoni.

L-Iskop taghna:
L-Iskop ewlieni tal-Ghaqda hu li nghaddu l’gharfien u l esperjenzi li nkunu ksibna tul snin twal fid-delizzju lil-membri ohra. B’hekk il membri javvanzaw u jkomplu jispeccjalizzaw f’dan id-delizzju , b’sodissfazzjon ghalihom u ghal shabhom. Hija haga sabiha li tammira akkwarju meta tghaddi minn hdejh, izda li tkun taf x’inhu l’aqwa ghall- hut tieghek, minn fejn gew, u li tkun taf li huma komdi u b’sahhithom, hija haga ohra. Ahna dejjem infittxu ghal- aktar informazzjoni dwar il-hut, modi godda kif nistghu niehdu l’aktar minnhom, u fl’istess hin nippruvhaw inzommhom kemm jista jkun f’ambjent simili ghall-ambjent naturali taghhom. Bl’gherf li jkun kiseb, kemm id-dilettant, kif ukoll il-hut tieghu jkunu kuntenti u b’hekk id-delizzju jkompli jissahhah u jaghtih pjacir.




 



- Imtella u Mantenuta minn Nigel Chetcuti membru tal-kumitat tal-Ghaqda tat-Trobbija tal-Hut -